21.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/31


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2022 – Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne vs EUIPO – Ambrosetti Group (TEHA)

(Kawża T-60/22)

(2022/C 128/43)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne (Châlons-en-Champagne, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ambrosetti Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “TEHA” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 404 100 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 839/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż esposti mill-predeċessur legali tar-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.