28.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/28


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2022 – Labaš vs EUIPO (FRESH)

(Kawża T-58/22)

(2022/C 138/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Miroslav Labaš (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentant: M. Vasiľ, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FRESH – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 311 155

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 610/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

sussidjarjament, tannulla parti mid-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-klassijiet 35 u 39 speċifikati fl-applikazzjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Nuqqas ta’ definizzjoni tar-rabta diretta bejn is-sinjal FRESH u l-inammissibbiltà tiegħu sabiex jiġi rreġistrat għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 35 u 39.