28.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/23


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2022 – Romedor Pharma vs EUIPO – Perfect Care Distribution (PERFECT FARMA CERVIRON)

(Kawża T-36/22)

(2022/C 138/27)

Lingwa tar-rikors: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Romedor Pharma SRL (Focşani, ir-Rumanija) (rappreżentant: E. Dicu, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Perfect Care Distribution (Bukarest, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “PERFECT FARMA CERVIRON” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 864 511

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 522/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tammetti r-rikors hekk kif ifformulat u motivat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tilqa’ t-talba għall-annullament tat-trade mark tal-Unjoni Nru 10 864 511.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(c) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.