14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/50


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2022 – uwe JetStream vs EUIPO (JET STREAM)

(Kawża T-14/22)

(2022/C 119/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: uwe JetStream GmbH (Schwäbisch Gmünd, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “JETSTREAM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 20 809 111

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 1092/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni tal-ewwel istanza tal-15 ta’ Diċembru 2020 u tad-29 ta’ April 2021;

tawtorizza l-estensjoni tal-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 0809111 fid-dawl tar-reġistrazzjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.