21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/51


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2022 – Wajos vs EUIPO (Forma ta’ flixkun)

(Kawża T-10/22)

(2022/C 84/72)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Wajos GmbH (Dohr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Böhmer u J. Schneiders, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ flixkun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 886 097

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 2958/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-awtorità ta’ res judicata;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.