Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Settembru 2023 –
Prolactal vs EUIPO – Prolàctea (PROLACTAL)
(Kawża T-549/22) ( 1 )
“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali PROLACTAL – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Prolàctea – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001 u Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”
|
1. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell ippreżentat mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa ta' evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell – Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 95(2); Regolament tal-Kummissjoni 2018/625, Artikolu 27(4)) (ara l-punti 24 sa 28, 31) |
|
2. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti – Rikonoxximent ta’ ċertu grad ta’ karattru distintiv ta’ trade mark nazzjonali (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b) u 2(a)(ii)) (ara l-punti 51, 55, 61) |
|
3. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(ċ); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1)) (ara l-punti 66, 67) |
|
4. |
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 177(1)(d)) (ara l-punti 73, 74) |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Prolactal GmbH hija kkundannata tbati kemm l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Prolàctea, SA. |
|
3) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu. |
( 1 ) ĠU C 408, 24.10.2022.