Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal‑20 ta’ Settembru 2023 –
Mordashov vs Il‑Kunsill)

(Kawża T‑248/22) ( 1 )

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ korpi kkonċernati – Artikolu 2(1)(a), (d), (f) u (g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Dritt għall-proprjetà”

1. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Obbligu li fil-motivazzjoni jiġu identifikati l-elementi speċifiċi u konkreti li jiġġustifikaw l-imsemmija miżura – Deċiżjoni li taqa' f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata u li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337 u (PESK) 2022/1530; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, 2022/336 u 2022/1529)

(ara l-punti 42 sa 47, 50 sa 54)

2. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Deċiżjoni sussegwenti li żammet isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni suġġetti għal dawn il-miżuri – Assenza ta’ motivi ġodda – Obbligu għall-Kunsill li jikkomunika lill-parti kkonċernata l-elementi ġodda meħuda inkunsiderazzjoni fl-okkażjoni tal-eżami mill-ġdid perijodiku tal-miżuri restrittivi – Komunikazzjoni ta’ elementi ġodda lill-persuna kkonċernata sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337, (PESK) 2022/1530, u (PESK) 2023/572, Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, 2022/1529 u 2023/571)

(ara l-punt 63)

3. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Obbligu tal-istituzzjonijiet li jaderixxu mal-perspettiva tal-partijiet ikkonċernati – Assenza – Obbligu li tingħata risposta għall-argumenti kollha tal-partijiet – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2))

(ara l-punti 64 sa 67)

4. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Drittijiet tad-difiża – Deċiżjoni sussegwenti li żammet isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni koperti minn dawn il-miżuri – Assenza ta’ motivi ġodda – Assenza ta’ provi ġodda inkriminanti – Komunikazzjoni tal-provi inkriminanti – Assenza – Ksur tad-dritt għal smigħ – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337, (PESK) 2022/1530, u (PESK) 2023/572, Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, 2022/336, 2022/1529 u 2023/571)

(ara l-punti 68 sa 70)

5. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Deċiżjoni sussegwenti li żammet isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni suġġetti għal dawn il-miżuri – Komunikazzjoni tal-provi inkriminanti – Motivi ġodda – Komunikazzjoni ta’ elementi ġodda lill-persuna kkonċernata sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha – Ksur tad-dritt għal smigħ – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337, (PESK) 2022/1530, u (PESK) 2023/572, Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, 2022/336, 2022/1529 u 2023/571)

(ara l-punti 72 sa 74)

6. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati – Inklużjoni fil-listi bbażata fuq sensiela ta’ indizji preċiżi, konkreti u konkordanti

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337, (PESK) 2022/1530 u (PESK) 2023/572; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, 2022/336, 2022/459 u 2023/571)

(ara l-punti 81 sa 84)

7. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati – Portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-imsemmija awtorità kompetenti – Rilevanza tal-provi prodotti abbażi ta’ inklużjoni preċedenti fl-assenza ta’ emendi tal-motivi, ta’ tibdil fis-sitwazzjoni tar-rikorrent jew ta’ evoluzzjoni tal-kuntest fl-Ukraina

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337, (PESK) 2022/1530, u (PESK) 2023/572, Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, 2022/336, 2022/1529 u 2023/571)

(ara l-punti 86 sa 87, 99 sa 102)

8. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kriterji ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Persuni li jagħtu appoġġ materjali jew finanzjarju lill-persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jibbenefikaw minn dawn dawn il-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet – Kunċett – Neċessità ta’ rabta bejn dan l-appoġġ jew il-benefiċċju miksub u l-annessjoni tal-Krimea jew id-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337 u (PESK) 2022/1530, Artikolu 2(1)(d); Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Artikolu 3(10(d), 2022/336 u 2022/1529)

(ara l-punt 91)

9. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni responsabbli, li jappoġġaw jew jimplimentaw azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukraina, u ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom – Iffriar ta’ fondi ta’ persuni li jagħtu appoġġ materjali jew finanzjarju lill-persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jibbenefikaw minn dawn il-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet – Kunċetti – Żball ta’ evalwazzjoni – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337, (PESK) 2022/1530; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, 2022/336 u 2022/1529)

(ara l-punti 94, 107 sa 111, 113, 114, 119 sa 121)

10. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitatjiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni li jagħtu appoġġ materjali jew finanzjarju lill-persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jibbenefikaw minn dawn il-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet – Portata tal-istħarriġ – Evalwazzjoni tal-legalità skont elementi ta’ informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337 u (PESK) 2022/1530; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, 2022/336 u 2022/1529)

(ara l-punti 97, 98)

11. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kriterji ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Iffriżar ta’ fondi ta’ negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Kunċett – Neċessità li jiġu stabbiliti rabtiet mill-qrib jew relazzjoni ta’ interdipendenza bejn il-persuna suġġetta għall-miżuri u l-Gvern Russu jew l-azzjonijiet tagħha li jikkompromettu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/429 u (PESK) 2022/1530, Artikolu 2(1); Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, Artikolu 3(1), 2022/336 u 2022/1529)

(ara l-punti 125 sa 128)

12. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Żball ta’ evalwazzjoni – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/572, Regolamenti tal-Kunsill Nri 296/2014 u 2023/571)

(ara l-punti 131 sa 134, 138 sa 141)

13. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17 u Artikolu 52(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337, (PESK) 2022/1530 u (PESK) 2023/572; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, 2022/336, 2022/1529 u 2023/571)

(ara l-punti 152 sa 170)

14. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Nuqqas mill-Kunsill li jadotta miżuri sabiex jiffriża l-fondi kontra persuni oħra li jinsabu f’sitwazzjoni identika – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/337, (PESK) 2022/1530, u (PESK) 2023/572, Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, 2022/336, 2022/1529 u 2023/571)

(ara l-punt 169)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Alexey Mordashov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 244, 27.6.2022.