Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Marzu 2023 –
Prigozhina vs Il-Kunsill

(Kawża T‑212/22) ( 1 )

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-Ukraina – Iffriżar tal-fondi – Restrizzjonijiet fil-qasam ta’ ammissjoni fuq it-territorju tal-Istati Membri – Lista tal-persuni, entitajiet u organi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista – Familja ta’ persuna responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina – Kunċett ta’ ‘assoċjazzjoni’ – Żball ta’ evalwazzjoni”

1. 

Rikors għal annullament – Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

ara l-punt 19)

2. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata u li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2022/265; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2022/260)

(ara l-punti 23 sa 26, 33, 34)

3. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Bażi fattwali – Elementi ta’ informazzjoni konkreti, preċiżi u konkordanti – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/265; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2005 u 2022/260)

(ara l-punti 36 sa 40, 47, 48, 56, 57, 61, 62, 72, 75, 81, 103, 106)

4. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati – Portata tal-marġni ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija awtorità kompetenti

(Paragrafu 2d tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESC, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/265; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014 u 2022/260]

ara l-punt 79)

5. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli, li jsostnu jew jimplementaw azzjonijiet jew politiki li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukraina, u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi relatati magħhom – Portata tal-istħarriġ – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(Paragrafu 2d tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESC, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/265; ir-Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014 u 2022/260]

ara l-punt 80)

6. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kriterji ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli, li jsostnu jew jimplementaw azzjonijiet jew politiki li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukraina, u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi relatati magħhom – Kunċett ta’ assoċjazzjoni – Interessi komuni

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/265, Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2022/260)

(ara l-punti 82 sa 84, 93)

7. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli, li jsostnu jew jimplementaw azzjonijiet jew politiki li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukraina, u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi relatati magħhom – Natura ta’ dawn il-miżuri – Miżuri purament kawtelatorji – Assenza ta’ natura kriminali

(Artikoli 21 u 29 TUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/265; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014 u 2022/260]

ara l-punt 87)

8. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli, li jsostnu jew jimplementaw azzjonijiet jew politiki li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukraina, u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi relatati magħhom – Applikazzjoni għal persuni fiżiċi sempliċement minħabba r-rabta familjari tagħhom mal-persuni li huma s-suġġett ta’ miżuri restrittivi – Inammissibbiltà

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2022/265, Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2022/260)

(ara l-punti 94, 95, 98, 105)

Dispożittiv

1) 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/265 tat-23 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 42 I, p. 98), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/260 tat-23 ta’ Frar 2022 li timplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (JO 2022, L 42 I, p. 3), huma annullati, sa fejn isem Violetta Prigozhina ġie inkluż fuq il-listi ta’ persuni u entitajiet li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fl-Anness I tal-imsemmi regolament.

2) 

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Violetta Prigozhina.


( 1 ) ĠU C 237, 20.6.2022.