Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad‑29 ta’ Marzu 2023 –
CIMV vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑26/22) ( 1 )

“Riċerka u żvilupp teknoloġiku – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont 2020’ – Irkupru ta’ kreditu – Rimbors bin-nifs – Eżattezza materjali tal-fatti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Dritt għal smigħ – Proporzjonalità”

1. 

Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fuq il-mertu

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 35)

2. 

Baġit tal-Unjoni Ewropea – Regolament finanzjarju – Irkupru tal-krediti tal-Unjoni mingħand terzi – Kisba ta’ titolu eżekuttiv – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

(Artikolu 299 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikoli 98(4)(f), 103(2) u 104)

(ara l-punti 43, 44, 57)

3. 

Baġit tal-Unjoni Ewropea – Regolament finanzjarju – Irkupru tal-krediti tal-Unjoni – Żmien addizzjonali għall-pagament – Kundizzjonijiet – Kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja – Deroga – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 104)

(ara l-punti 45 sa 48, 54, 55)

4. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ – Neċessità li jiġu speċifikati l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti – Assenza

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 61 sa 64, 72)

5. 

Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni

(ara l-punti 77 sa 79, 81, 82)

6. 

Drittijiet Fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Dritt għal smigħ – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2))

(ara l-punti 90, 93, 96 sa 98)

7. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata

(ara l-punti 111, 112, 124, 127)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 109, 7.3.2022.