31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2023 – Spreewood Distillers vs EUIPO – Radgonske gorice (STORK)

(Kawża T-433/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STORK - Trade mark verbali preċedenti GOLDEN STORK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 271/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Spreewood Distillers GmbH (Schlepzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker u D. Mienert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u T. Frydendahl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Radgonske gorice d.o.o. (Gornja Radgona, is-Slovenja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Mejju 2022 (Każ R 1782/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 326, 29.8.2022.