8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2023 – Oatly vs EUIPO – D’s Naturals (Wow no cow!)

(Kawża T-429/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 164/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oatly AB (Malmö, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Johansson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: D’s Naturals LLC (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins u T. Dolde, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Mejju 2022 (Każ R 1539/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Oatly AB u D’s Naturals LLC huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 326, 29.8.2022.