20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2022 – AMO Development vs EUIPO (Strumenti mediċi)

(Kawża T-311/22) (1)

(“Disinn Komunitarju - Disinni Komunitarji li jirrappreżentaw strumenti mediċi - Assenza ta’ talba għal tiġdid - Tħassir ta’ disinni fl-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Rikors għal restitutio in integrum - Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Dmir ta’ diliġenza - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 63/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AMO Development LLC (Santa Ana, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1433/2021-3.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

AMO Development LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 276, 18.7.2022.