5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2022 – OO vs BEI

(Kawża T-134/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni mnaqqas bin-nofs - Dikjarazzjoni tar-remunerazzjoni - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà”)

(2022/C 463/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OO (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (iktar ’il quddiem “BEI”) (rappreżentanti: G. Faedo u J. Pawlowicz, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrenti titlob l-annullament tan-nota tal-BEI tas-27 ta’ Frar 2012, safejn din in-nota tagħtiha allowance tal-espatrijazzjoni mnaqqas bin-nofs.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

OO hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 10.5.2022.