20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Baert vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Pensjoni tal-irtirar - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Rikors għal annullament - Talba għar-rimbors tal-kapital ittrasferit li ma tax lok għal akkreditazzjoni - Terminu għat-tressiq ta’ ilment - Arrikkiment indebitu - Inammissibbiltà manifesta”)

(2023/C 63/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rhonny Baert (Deinze, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Grisay u A. Ansay, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Brauhoff u L. Radu Bouyon, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u M. Windisch, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Demoulin, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, essenzjalment, prinċipalment, l-annullament tal-allegata deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Frar 2022 li tiċħad l-ilment tiegħu sa fejn dan jirrigwarda l-annullament tal-avviż tal-21 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u, min-naħa l-oħra, li l-fajl tiegħu jintbagħat lura lill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-ammont li għandu jitħallas lura lilu u, sussidjarjament, il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 31 066,80 bħala arrikkiment indebitu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Rohnny Baert huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 158, 11.4.2022.