5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2022 – OG et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/22) (1)

(“Rikors għal annullament - Regolament Delegat (UE) 2022/503 - Regolament Delegat (UE) 2021/2288 - Regolament (UE) 2021/953 - Ċertifikat COVID diġitali tal-UE - Moviment liberu tal-persuni - Restrizzjonijiet - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2022/C 463/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: OG et (rappreżentant: D. Gómez Fernández, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu, essenzjalment l-annullament, l-ewwel, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2288 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-perjodu ta’ aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa fil-format taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li jindika t-tlestija tas-serje primarja tat-tilqim (ĠU 2021, L 458, p. 459) u, it-tieni, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/503 tad-29 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni tal-minorenni mill-perjodu ta’ aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa fil-format taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE (ĠU 2022, L 102, p. 8).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

OG et għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 165, 19.4.2022.