5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Airoldi Metalli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/22) (1)

(“Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjoni ta’ prodotti llaminati ċatti li joriġinaw miċ-Ċina - Impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv - Importatur - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2022/C 463/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Airoldi Metalli SpA (Molteno, l-Italja) (rappreżentanti: M. Campa, D. Rovetta, P. Gjørtler u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Gustafsson u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1784 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2021, L 359, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Airoldi Metalli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

European Aluminium hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba tagħha għal intervent.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.