|
25.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Lulju 2023 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (VIDEO MOOD Digital Signage, made easy)
(Kawża T-664/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VIDEO MOOD Digital Signage, made easy - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti MOOD:MIX - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2023/C 338/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mood Media Netherlands BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A.-M. Pecoraro, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tailoradio Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Sobol u S. Bernardini, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 1852/2018-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Mood Media Netherlands BV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Tailoradio Srl, għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
3) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |