14.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2023 – C. & S. vs EUIPO – Scuderia AlphaTauri (CS jeans your best fashion partner)

(Kawża T-645/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CS jeans your best fashion partner - Assenza ta’ użu serju tat-trade mark - Natura tal-użu - Assenza ta’ użu għall-prodotti li t-trade mark hija rreġistrata għalihom - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 286/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: C. & S. Srl (Umbertide, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Scuderia AlphaTauri SpA (Faenza, l-Italja) (rappreżentanti: A. Renck u S. Petivlasova, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 182/2022-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

C. & S. Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Scuderia AlphaTauri SpA.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 463, 5.12.2022.