31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Corver vs EUIPO (CHR ME)

(Kawża T-446/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CHR ME - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 271/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Serge-Paul Corver (Lanaken, il-Belġju) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Ringelhann u M. Eberl, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Marzu 2022 (Każ R 2082/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Serge-Paul Corver u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 326, 29.8.2022.