|
31.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – International British Education XXI vs EUIPO – Saint George’s School (IBE ST. GEORGE’S)
(Kawża T-438/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea IBE ST. GEORGE’S - Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali ST. GEORGE’S SCHOOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 271/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: International British Education XXI SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint George’s School SL (Fornells de la Selva, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Mejju 2022 (R 2226/2020-4).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
International British Education XXI SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk ta’ Saint George’s School SL. |
|
3) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu. |