22.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – Machková vs EUIPO – Aceites Almenara (ALMARA SOAP)

(Kawża T-436/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALMARA SOAP - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ALMENARA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001”)

(2023/C 179/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Veronika Machková (Šestajovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Balcar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Aceites Almenara, SL (Puebla de Almenara, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ April 2022 (Każ R 1613/2021-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Veronika Machková u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 340, 5.9.2022.