17.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023 – Deutsche Bank vs EUIPO – Operación y Auditoria (avanza Tu negocio)

(Kawża T-341/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea avvanza Tu negocio - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Avanza Credit ta’ Deutsche Bank - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 134/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Deutsche Bank, SA Española (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, J.-L. Rodriguez Fuensalida, P. Ramells Higueras u A. Figuerola Moure, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Operación y Auditoria, SA de CV, SOFOM, ENR (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1808/2021-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejnha u Operación y Auditoria, SA de CV, SOFOM, ENR.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Bank, SA Española hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 294, 1.8.2022.