18.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – mBank vs EUIPO – European Merchant Bank (EMBANK European Merchant Bank)

(Kawża T-261/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva EMBANK European Merchant Bank - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti mBank - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mBank - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 - Dokument prodott għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell”)

(2023/C 329/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: mBank S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska, M. Stępkowski u M. Oleksyn, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: European Merchant Bank UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: G. Pranevičius, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Frar 2022 (Każ R 1845/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

mBank S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 257, 4.7.2022.