8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Zelmotor vs EUIPO– B&B Trends (zelmotor)

(Kawża T-194/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea zelmotor - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 164/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zelmotor sp. z o.o. (Rzeszów, il-Polonja) (rappreżentant: M. Rumak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: B&B Trends, SL (Santa Perpetua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: J. Mora Cortés, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Frar 2022 (Każ R 927/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zelmotor sp. z o. o hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn B&B Trends, SL.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 222, 7.6.2022.