8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTREV)

(Kawża T-174/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BREZTREV - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ONBREZ, DAYBREZ, BREZILIZER u BREEZHALER - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 164/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novartis AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann-Schiffel, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u T. Frydendahl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AstraZeneca AB (Södertälje, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Tenkhoff u T. Herzog, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Jannar 2022 (Każ R 738/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 23.5.2022.