|
19.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/46 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2023 – Volkswagen vs EUIPO – XTG (XTG)
(Kawża T-153/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea XTG - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea GTX - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 216/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Machei u G. Orsoni, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chylińska u T. Frydendahl, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: XTG S.A. (Wrocław, il-Polonja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 1387/2021-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |