|
19.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/45 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2023 – Pinar Kuruyemiş Gida Ve Ihtiyaç Maddeleri Sanayi Ticaret vs EUIPO – Yadex International (pinar KURUYEMIŞ)
(Kawża T-147/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea pinar KURUYEMIŞ - Trade mark verbali preċedenti Ġermaniża PINAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Dritt għal smigħ - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Sospensjoni tal-proċedura - Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)
(2023/C 216/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pinar Kuruyemiş Gida Ve Ihtiyaç Maddeleri Sanayi Ticaret AŞ (Karatay, Konya, it-Turkija) (rappreżentanti: M. E. López Camba u A. M. Lyubomirova Geleva, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee, M. Eberl u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yadex International GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Jannar 2022 (Każ R 1148/2021-1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Pinar Kuruyemiş Gida Ve Ihtiyaç Maddeleri Sanayi Ticaret AŞ hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Yadex International GmbH għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |