14.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2023 – CEDC International vs EUIPO – Underberg (Forma ta’ werqa ħaxixa fi flixkun)

(Kawża T-145/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ werqa ħaxixa fi flixkun - Trade marks nazzjonali preċedenti - Raġuni relattiva għal - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Kunċett ta’ ‘aġent’ jew ta’ ‘rappreżentant’ - Rekwiżit ta’ ftehim kuntrattwali dirett”)

(2023/C 286/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentant: M. Fijałkowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Underberg AG (Dietlikon, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Renck u C. Stöber, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, CEDC International sp. z o.o., titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 1954/2020–5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CEDC International sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 198, 16.5.2022.