|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Lulju 2022 – RT France vs Il-Kunsill
(Kawża T-125/22) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Projbizzjoni temporanja tax-xandir u sospensjoni tal-awtorizzazzjoni għax-xandir tal-kontenut ta’ ċerta media - Inklużjoni fil-lista ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi - Kompetenza tal-Kunsill - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni - Proporzjonalità - Libertà ta’ intrapriża - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità”)
(2022/C 340/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RT France (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: E. Piwnica u M. Nguyen Chanh, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune, R. Meyer u S. Emmerechts, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, M. Van Regemorter u L. Van den Broeck, aġenti), Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentanti: N. Grünberg u M. Kriisa, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, J.-L. Carré, W. Zemamta u T. Stéhelin, aġenti), Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Pommere, J. Davidoviča, I. Hūna, D. Ciemiņa u V. Borodiņeca, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: K. Dieninis u V. Kazlauskaitė-Švenčionienė, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u A. Miłkowska, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Calleja Crespo, V. Di Bucci, J.-F. Brakeland u M. Carpus Carcea, aġenti), Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (rappreżentanti: F. Hoffmeister, L. Havas u M. A. De Almeida Veiga, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/351 tal-1 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 65, p. 5), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/350 tal-1 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 65, p. 1), peress li dawn l-atti jikkonċernawha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
RT France għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
3) |
Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Repubblika tal-Estonja, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Repubblika tal-Latvja, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika tal-Polonja, Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |