6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – OM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-118/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Pożizzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 83/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OM (rappreżentant: G. Paris, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Melo Sampaio u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tad-29 ta’ April 2021, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u informatu dwar il-ħatra ta’ kandidat ieħor għal din il-pożizzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

OM huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 10.5.2022.