17.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Transgourmet Ibérica vs EUIPO – Aldi (Gourmet)

(Kawża T-102/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Gourmet - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GOURMET - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Forma li hija differenti minħabba elementi li jibdlu l-karattru distintiv”)

(2023/C 134/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Transgourmet Ibérica, SAU (Gerona, Spanja) (rappreżentanti: C. Duch Fonoll u I. Osinaga Lozano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 862/2021-2).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 862/2021-2) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż kollha sosntuti minn Transgourmet Ibérica, SAU.


(1)  ĠU C 165, 19.4.2022.