|
2.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/52 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – PS vs BEI
(Kawża T-65/22) (1)
(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Sigurtá soċjali - Sistema ta’ assigurazzjoni tal-inċidenti fuq ix-xogħol u tal-mard professjonali - Invalidità totali u permanenti - Oriġini professjonali tal-marda - Kuntratt konkluż ma’ kumpannija ta’ assigurazzjoni - Estensjoni tal-obbligi li jibqgħu fir-responsabbiltà tal-BEI”)
(2023/C 155/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PS (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: K. Carr u E. Manoukian, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jitlob, fl-ewwel lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tat-12 ta’ Lulju 2021 sa fejn tirrifjutalu l-ħlas ta’ EUR 233 500 bħala danni materjali u morali, fit-tieni lok, il-kundanna tal-BEI li tħallsu kumpens għal marda professjonali li huwa allegatament laqat u, fit-tielet lok, il-kundanna tal-BEI għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 24 000 b’kumpens tad-dannu morali allegat fid-dawl tal-istat tas-saħħa tiegħu.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
PS huwa kkundannat għall-ispejjeż. |