26.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2023 – Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne vs EUIPO – Ambrosetti Group (TEHA)

(Kawża T-60/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali TEHA - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti tema - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001) - Użu taħt forma li tvarja b’elementi li jbiddlu l-karattru distintiv tat-trade mark - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2023/C 223/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne (Châlons-en-Champagne, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Freydendahl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ambrosetti Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Guglielmetti, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Novembru 2021 (Każ R 839/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 128, 21.3.2022.