20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Esedra vs Il-Parlament

(Kawża T-46/22) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ġestjoni sħiħa taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar tal-Parlament fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Offerta anormalment baxxa - Konformità ta’ offerta mal-kundizzjonijiet previsti mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 63/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Esedra (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Vastmans, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Pencheva u M. Kazek, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2021, intitolata “Proċedura tal-għoti tal-kuntratt PE PERS 2021 027 – Ġestjoni sħiħa taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar tal-Parlament Ewropew fi Brussell, li jinsab f’rue Wayenberg”, li tiċħad l-offerta mressqa minnha fl-ambitu tas-sejħa għal offerti u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, kumpens għad-dannu li hija sostniet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Esedra għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 109, 7.3.2022.