17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Canai Technology vs EUIPO – Trend Fin (HE&ME)
(Kawża T-25/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva HE&ME - Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux ME - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Karattru mhux distintiv ħafna tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 134/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Canai Technology Co. Ltd (Guangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. F. Gallego Jiménez, E. Sanz Valls, P. Bauzá Martínez, Y. Hernández Viñes u C. Marí Aguilar, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Trend Fin BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: F. Folmer, L. Bekke u T. De Haan, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Novembru 2021 (Każ R 1390/2020-1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Canai Technology Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |