20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-14 ta’ Diċembru 2022 – Nemport Liman İşletmeleri Ve Özel Antrepo Nakliye Ticaret vs EUIPO – Newport Europe (NEMPORT LİMAN İŞLETMELERİ)

(Kawża T-18/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NEMPORT LİMAN İŞLETMELERİ - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Newport - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 63/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nemport Liman İşletmeleri Ve Özel Antrepo Nakliye Ticaret AŞ (Izmir, it-Turkija) (rappreżentant: V. Martin Santos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Newport Europe BV (Moerdijk, il-Pajjiżi Baxxi)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Novembru 2021 (Kawża R 562/2021-4).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Novembru 2021 (Każ R 562/2021-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.