Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2022 –
L-Istat Belġjan (Dritt ta soġġorn għal raġunijiet umanitarji)

(Kawża C-56/22) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest fattwali u regolamentari tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari – Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta”

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)

(Ara l-punti 22 sa 30 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Jannar 2022, hija manifestament inammissibbli.


( 1 ) ĠU C 148, 4.4.2022.