Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2022 – Fernández-Pacheco Yáñez et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑37/22 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Miżuri ta’ traspożizzjoni – Ilment quddiem il-Kummissjoni Ewropea intiż sabiex jiġi kkonstatat il-ksur tad-dritt tal-Unjoni mir-Renju ta’ Spanja – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni”

1. 

Appell – Aggravji – Aggravji manifestament inammissibbli jew manifestament infondati – Ċaħda f’kull mument, permezz ta’ digriet motivat, mingħajr proċedura orali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 181)

(ara l-punt 7)

2. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti – Ħtieġa li jiġu indikati b’mod preċiż l-elementi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))

(ara l-punt 11)

3. 

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati – Ommissjoni li tinbeda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Inammissibbiltà

(Artikoli 258 u 265 TFUE)

(ara l-punti 14, 18 sa 20)

4. 

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Nuqqas – Kunċett – Astensjoni milli tittieħed azzjoni – Ommissjoni li jiġi adottat att preparatorju – Inklużjoni – Kundizzjoni – Att li jikkostitwixxi l-prerekwiżit neċessarju għall-iżvolġiment ta’ proċedura li għandha twassal għal att li jipproduċi effetti legali

(Artikolu 265 TFUE)

(ara l-punti 16, 17)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2) 

Francisco Javier Fernández-Pacheco Yáñez, Javier Martín Lou, Luís Fernando Lafuente Guillen, Justino-David Aranda Guerrero, Fernando Llera Gallego, Avelina Domínguez Esteban, María Belén Sáez-Guinea Ruiz, José Miguel Navarro Queiroz u Jorge Luis Pérez Terren għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.