|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/25 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 minn LE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-475/20, LE vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-781/22 P)
(2023/C 63/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: LE (rappreżentant: M. Straus, advocaat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar it-talba għall-annullament ta’ sentenza oħra li tirrigwarda tilwima dwar id-Deċiżjoni C(2020)3988 final; |
|
— |
tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal proċeduri oħra dwar motivi u eċċezzjonijiet imqajma minn LE, f’isem ukoll il-partijiet marbuta miegħu, kontra u fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata; |
Sussidjrajament,
|
— |
tiddeċiedi jew tieħu sentenza interlokutorja sabiex tisma’ x-xhieda jew sabiex jiġu prodotti provi li jsostnu l-kawża qabel tiddeċiedi fuq it-talbiet prinċipali; |
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar it-talba għall-annullament ta’ sentenza oħra li tirrigwarda tilwima dwar id-Deċiżjoni C(2020)3988 final, u jekk hekk aċċertat u deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal proċeduri oħra dwar motivi u eċċezzjonijiet kontra u fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata; |
b’mod iktar sussidjarju,
|
— |
tiddeċiedi jew tieħu dawk il-miżuri oħra ulterjuri li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tqis ġusti u xierqa. |
Fil- kwistjoni ta’ proċedura
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, inklużi d-drittijiet tal-avukati tagħha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jinvoka erba’ aggravji, li xi wħud minnhom huma maqsuma f’diversi partijiet. Permezz ta’ dawn l-aggravji, LE jsostni b’mod partikolari li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li:
|
— |
ibbażat l-evalwazzjoni tagħha tal-mertu tad-deċiżjoni kkontestata fuq id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ipprovduta mill-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ evidenza eċċessivament stretti u mhux korretti għad-deċiżjonijiet; |
|
— |
illimitat għall-minimu l-istħarriġ ġudizzjarju li għandu jsir mill-Qorti Ġenerali; |
|
— |
naqset milli tosserva l-kriterji legali applikabbli relatati mal-prinċipji legali proċedurali u l-prinċipji legali injorati, bħal proċeduri kontradittorji, prinċipji ta’ trattament ugwali, amministrazzjoni tajba, aspettattivi leġittimi u ġurisprudenza favur l-appellant; |
|
— |
ibbażat ruħha fuq provi allegati li ma ġewx ipprovduti jew prodotti lill-appellant qabel id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni. |