27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht München (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – WD vs Allane SE

(Kawża C-766/22)

(2023/C 112/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WD

Konvenut: Allane SE

Domandi preliminari

1.

Il-kuntratti ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur abbażi ta’ kontabbilizzazzjoni ta’ kilometri konklużi ma’ konsumatur għal tul ta’ 24 xahar jikkostitwixxu servizzi ta’ “kiri tal-karozzi” u jaqgħu għalhekk taħt l-eċċezzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar skont il-leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ mill-bogħod konformement mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)?

2.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

Il-kuntratti ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur abbażi ta’ kontabbilizzazzjoni ta’ kilometri konklużi ma’ konsumatur jikkostitwixxu kuntratti ta’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (2), inkorporati fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 64.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321, rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14.