13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Bochum (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Verband Wirtschaft im Wettbewerb Verein für Lauterkeit in Handel und Industrie e.V. vs Roller GmbH & Co. KG

(Kawża C-761/22)

(2023/C 94/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Bochum

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verband Wirtschaft im Wettbewerb Verein für Lauterkeit in Handel und Industrie e.V.

Konvenut: Roller GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

1)

Jirriżulta diġà direttament mill-punt a tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1) obbligu tal-fornituri jew tal-bejjiegħa mill-ġdid ta’ prodotti kkonċernati mill-ittikkettjar tal-enerġija li jirreferu, fir-reklamar tagħhom, għall-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u għall-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika, mingħajr ma l-imsemmija dispożizzjoni tkun suġġetta għal riżerva ta’ konkretizzazzjoni permezz ta’ att delegat?

2)

a)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Obbligu tal-fornituri jew tal-bejjiegħa mill-ġdid ta’ prodotti kkonċernati mill-ittikkettjar tal-enerġija li jirreferu, fir-reklamar tagħhom, għall-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u għall-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika, li jirriżulta diġà direttament mill-punt a tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament 2017/1369 għandu bħala konsegwenza li l-fornituri jew il-bejjiegħa mill-ġdid għandhom, sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati l-ġodda, ċertu marġni ta’ manuvra rigward it-tip ta’ preżentazzjoni?

b)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 2(a):

Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati l-ġodda, liema hija/huma l-possibbiltà/possibiltajiet konformi mad-dritt tal-Unjoni li l-fornituri jew il-bejjiegħa mill-ġdid għandhom sabiex jippreżentaw l-informazzjoni mitluba dwar il-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u l-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika? Jekk ikun il-każ, il-kombinazzjoni magħżula mill-konvenuta tal-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u l-arranġament tal-kuluri skont l-Anness K 1 tar-rikors hija suffiċjenti?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-obbligu tal-fornituri jew tal-bejjiegħa mill-ġdid ta’ prodotti kkonċernati mill-ittikkettjar tal-enerġija li jirreferu, fir-reklamar tagħhom, għall-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u għall-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika, huwa, f’dan ir-rigward, għal kollox sospiż sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati l-ġodda?


(1)  ĠU 2017, L 198, p. 1.