24.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/2


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2022 minn WV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-618/21, WV vs CdT

(Kawża C-750/22 P)

(2023/C 261/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: WV (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)

B’digriet tat-13 ta’ Ġunju 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat u kkundannat l-appellant għall-ispejjeż tiegħu stess.