27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Bergamo (l-Italja) fis-7 ta’ Diċembru 2022 – KH vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-747/22)

(2023/C 112/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Bergamo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KH

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Domanda preliminari

L-Artikolu 29 u l-Artikolu 26 [tad-]Direttiva 2011/95 /UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 2(1)(a) [tad-]Digriet-Liġi Nru 4/2019, li, bil-għan li jingħata aċċess għal benefiċċju kontra l-faqar u għall-appoġġ fl-aċċess għax-xogħol u l-inklużjoni soċjali bħalma hu d-“dħul taċ-ċittadinanza” tipprevedi rekwiżit ta’ 10 snin ta’ residenza fl-Istat Taljan, flimkien mar-rekwiżit ta’ sentejn ta’ residenza kontinwa qabel ma ssir it-talba?


(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.