3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-1 ta’ Diċembru 2022 – DISA SUMINISTROS Y TRADING S.L.U. (DISA) vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria

(Kawża C-743/22, DISA)

(2023/C 121/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DISA SUMINISTROS Y TRADING S.L.U. (DISA)

Konvenut: Agencia Estatal de la Administración Tributaria

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regola nazzjonali, bħall-Artikolu 50ter tal-Ley 38/1992, de 28 de diciembre, de Impuestos Especiales (il-Liġi 38/1992 tat-28 ta’ Diċembru dwar id-Dazji tas-Sisa), li tawtorizza lill-Komunitajiet Awtonomi jistabbilixxu rati ta’ dazji tas-sisa differenzjati fuq l-idrokarburi għal kull territorju fir-rigward tal-istess prodott?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.