30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Oristano (l-Italja) fid-9 ta’ Novembru 2022 – S. G. vs Unione di Comuni Alta Marmilla

(Kawża C-689/22)

(2023/C 35/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Oristano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S. G.

Konvenut: Unione di Comuni Alta Marmilla

Domanda preliminari

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), anki meqjusa separatament, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali, iġġustifikati mill-osservanza mar-restrizzjonijiet fil-qasam tal-finanzi pubbliċi, li bis-saħħa tagħhom persunal, inkluż persunal maniġerjali, tal-amministrazzjoni pubblika fl-ebda każ ma jista’ jingħata, fiż-żmien tat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg, benefiċċji finanzjarji intiżi sabiex jikkumpensaw għal leave akkumulat u mhux meħud?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.