23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2022 – N.Ö. u M.Ö. vs Stadt Wuppertal
(Kawża C-685/22)
(2023/C 24/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: N.Ö., M.Ö.
Konvenut: Stadt Wuppertal
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 20 TFUE jipprekludi dispożizzjoni li tipprevedi li, fil-każ ta’ akkwist volontarju ta’ nazzjonalità (mhux ipprivileġġjata) ta’ Stat terz, in-nazzjonalità tal-Istat Membru u, għaldaqstant, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni jintilfu ipso jure jekk eżami individwali tal-konsegwenzi tat-telf iseħħ biss fil-każ li ċ-ċittadin barrani kkonċernat ikun ippreżenta minn qabel applikazzjoni għal ħruġ ta’ awtorizzazzjoni sabiex iżomm in-nazzjonalità tiegħu u sakemm din l-applikazzjoni tkun ingħatat risposta pożittiva qabel l-akkwist tan-nazzjonalità barranija? |
2) |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: l-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-proċedura ta’ ħruġ tal-awtorizzazzjoni sabiex tinżamm in-nazzjonalità, ma jistgħux jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li jwasslu, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex evalwazzjoni tas-sitwazzjoni individwali tal-persuna kkonċernata kif ukoll dik tal-familja tagħha fir-rigward tal-konsegwenzi tat-telf tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni ma ssirx jew tiġi ssostitwita b’rekwiżiti oħra? |