30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fit-2 ta’ Novembru 2022 – LM vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak

(Kawża C-682/22)

(2023/C 35/40)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Upravni sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LM

Konvenut: Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak

Domanda preliminari

L-Artikolu 26(2)(c) tal-Ftehim Qafas bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Albanija u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar ir-Regoli għall-Kooperazzjoni rigward l-Assistenza Finanzjarja mill-Komunità Ewropea lir-Repubblika tal-Albanija fil-Kuntest tal-Implimentazzjoni tal-Assistenza taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, iffirmat fit-18 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-kompetenza ta’ Stat Membru, f’dan il-każ ir-Repubblika tal-Kroazja, li jissuġġetta għat-taxxa fuq id-dħul l-ammonti mħallsa matul is-sena 2016 lil ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, impjegat għal żmien twil bħala espert, għal missjoni mwettqa fit-territorju tal-Albanija taħt proġett li l-benefiċjarji tiegħu huma istituzzjonijiet pubbliċi tar-Repubblika tal-Albanija u li huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni IPA 2013?