|
9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/18 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2022 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-675/22)
(2023/C 7/22)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblik tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla fl-intier tiegħu r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1369 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar miżuri kkoordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass (1); |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż; |
|
— |
sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-bażi legali tar-regolament ikkontenstat hija valida, ir-Repubblika tal-Polonja titlob l-annullament tal-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament 2022/1369 ikkontestat. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika tal-Polonja tqajjem il-motivi li ġejjin kontra r-Regolament 2022/1369 ikkontestat:
|
1) |
motiv dwar bażi legali żbaljata għall-adozzjoni tar-Regolament flimkien ma’ ksur tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE b’rabta mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 194(2) TFUE, billi r-regolament inwistjoni ma ġiex adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE, li jeżiġi l-unanimità fil-Kunsill, minkejja li r-Regolament jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru minn fost sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura globali tal-provvista ta’ enerġija tagħha. Il-Polonja tressaq kontra r-Regolament ikkontestat, l-ewwel, bażi legali żbaljata bħalma huwa l-Artikolu 122(1) TFUE. Il-Polonja tindika li l-għan prinċipali tar-Regolament ikkontestat huwa li jeżerċita influwenza sinjifikattiva fuq il-miżuri ta’ użu ta’ riżorsi enerġetiċi, l-għażla minn fost sorsi differenti ta’ enerġija u fuq l-istruttura globali tal-provvista ta’ enerġija. Peress li r-Regolament jeżerċita influwenza sinjifikattiva fuq il-libertà tal-kompożizzjoni tat-taħlita enerġetika dan għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE li għalih jirreferi t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 194(2) TFUE, jiġifieri konformement ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali li skontha l-Kunsill jiddeċiedi b’unanimità. |
|
2) |
motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali billi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jingħataw setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-attivazzjoni tal-istat ta’ allarm fil-livell tal-Unjoni u l-assenza ta’ spjegazzjoni dwar kif il-miżuri li jinsabu fir-regolament għandhom jilħqu l-għanijiet tiegħu. |
|
3) |
motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika. |