9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – I (*1) GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt HZA (*1)
(Kawża C-655/22)
(2023/C 7/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: I (*1) GmbH & Co. KG
Konvenut: Hauptzollamt HZA (*1)
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1360/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2001/2002, 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006, il-koeffiċjent meħtieġ għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2004/2005 u l-ammont li għandu jitħallas mill-manifatturi taz-zokkor lill-bejjiegħa tal-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-imposta massima u l-imposta li għandha titħallas għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2005/2006 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li produttur taz-zokkor kellu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal rimbors tal-imposti miġbura indebitament mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2014? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: f’każ bħal dak f’din il-kawża (imposti ffissati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni iżda b’mod definittiv, li r-rimbors tagħhom intalab biss sena wara l-iffissar retroattiv permezz tar-Regolament Nru 1360/2013 ta’ koeffiċjent iktar baxx), l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta r-rimbors ta’ imposti fuq il-produzzjoni miġbura indebitament billi tinvoka dispożizzjonijiet nazzjonali dwar in-natura definittiva [ta’ deċiżjoni] u t-terminu ta’ ffissar applikabbli skont id-dritt nazzjonali għad-deċiżjonijiet li jiffissaw l-imposti, kif ukoll il-prinċipju taċ-ċertezza legali fid-dritt tal-Unjoni? |
(*1) Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.