27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fl-14 ta’ Ottubru 2022 – XXX vs Randstad Empleo SA, Serveo Servicios SA, Axa Seguros Generales SA de Seguros y Reaseguros

(Kawża C-649/22)

(2023/C 112/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXX

Konvenuti: Randstad Empleo SA, Serveo Servicios SA, Axa Seguros Generales SA de Seguros y Reaseguros

Domandi preliminari

L-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 2 TUE u l-Artikoli 3(f) u 5 tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja tal-leġiżlazzjoni Spanjola li teskludi mill-kunċett ta’ “kundizzjonijiet bażiċi ta’ xogħol u ta’ impjieg” kumpens dovut lil ħaddiem li l-kuntratt ta’ xogħol tiegħu ġie mxolji minn aġenzija ta’ xogħol temporanju meta ġie ddikjarat f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità permanenti totali minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol li huwa ġarrab fl-impriża utenti tas-servizzi tiegħu?


(1)  ĠU 2008, L 327, p. 9.